Ħidma Kontinwa F’Temp Li Mhux Favorevoli Biex Wieħed Jaħdem – Grazzi Tal-Ħidma Tagħkom!
Matul dawn il-jiem ta’ maltemp żgur li għadna nirringrazzjaw diversi ħaddiema li maltemp u mhux xorta baqgħu jagħtu s-servizz f’temp li mhux favorevoli biex wieħed jaħdem fih.
Apparti l-ħaddiema tal-forzi tal-ordni li bla dubju dawn l-aħħar jiem kienu l-ħin kollu qed jissorveljaw il-pajjiż, hemm ukoll il-ħaddiema mid-diviżjoni tal-Cleansing fejn fil-maltemp xorta waħda kellhom jkomplu b’xogħolhom sabiex ineħħu l-perikli mit-toroq.
F’din ix-xita u riħ li għamel diversi siġar u ħitan fost l-oħrajn waqgħu. Grazzi għalihom fl-inqas ħin possibbli flimkien ma’ dipartimenti oħra fosthom il-Protezzjoni Ċivili jneħħu l-perikli u jsir it-tindif li jkun hemm bżonn.
Din id-diviżjoni għanda wkoll app bl-isem ta’ ‘Clean and Upkeep’ fejn wieħed jista’ jirrapporta każijiet fuqha, jew billi ċempel fuq 1718.
Grazzi tax-xogħol tagħkom!