Howard Keith Debono Llum Jagħlaq Sninu…

 Howard Keith Debono Llum Jagħlaq Sninu…

Propju llum huwa għeluq snin Howard Keith Debono, persuna popolari fil-qasam tal-mużika u tal-ispettakli kif ukoll fil-programm televiżiv X Factor Malta.

Permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu huwa qal li llum qed jagħlaq 50 sena jgħix fuq din il-pjaneta. “Kienu snin ta’ tant mumenti sbieħ kif ukoll żminijiet diffiċli,” qalet Howard filwaqt li kompla jgħid li huwa twieled taħt Scorpio, bniedem li dejjem ifittex sfidi ġodda.

Huwa żied jgħid li xi kultant sfortunatament id-determinazzjoni li jkollu biex iwettaq proġetti jnaqqsulu mill-ħin biex jieqaf u japprezza l-affarijiet sbieħ madwaru.

“I’m defintiely still work in progress,” temm jgħid Howard bi tbissima filwaqt li rringrazzja lil kull min awgura l-isbaħ xewqat lilu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com