Bil-Filmat: Il-Belt Ta’ Turin Magħżula Biex Tospita L-Eurovision Song Contest 2022

 Bil-Filmat: Il-Belt Ta’ Turin Magħżula Biex Tospita L-Eurovision Song Contest 2022

Ilbieraħ ġie mħabbar li l-Eurovision Song Contest tas-sena d-dieħla se jsir fil-belt Taljana ta’ Turin.

L-Italja se tkun qed tospita s-66 edizzjoni tal-kompetizzjoni f’Mejju wara r-rebħa tal-grupp Taljan Maneskin bid-diska ‘Zitti e Buoni’ din is-sena f’Rotterdam.

Din kienet it-tielet darba li l-Eurovision kien mirbuħ mit-Taljani. Avveniment li jkun segwit minn 183 miljun ruħ.

Il-Belt magħżula ta’ Turin rebħet din il-kompetizzjoni minn 16-il belt Taljana oħra li offrew li jospitaw il-Eurovision 2022.

Is-Sindku ta’ Turin Chiara Appendino f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tagħha esprimit is-sodisfazzjon tagħha wara tant xogħol u sagrifiċċju li sar biex finalment intgħażlet il-Belt ta’ Turin.

Ara l-filmat:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com