Il-Funeral Ta’ Joseph Debono Ħa Jsir Għada

 Il-Funeral Ta’ Joseph Debono Ħa Jsir Għada

Wara l-aħbar li ħasdet lil bosta lbieraħ, dalgħodu Tanya, mart Joe rringrazzjat lil kulħadd tal-kondoljanzi li rċeviet kemm b’telefonati kif ukoll b’messaġġi.

Permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali tagħha Tanya qalet li apprezzat kull messaġġ għalkemm għadu ma’ kellix iċ-ċans biex tirrispondi lil kulħadd.

Tanya kkonfermat ukoll li l-aħħar tislima lil Joe ħa tkun qed isir għada l-Ġimgħa fis-2:30pm, fil-Bażilika tal-Mosta.

Hija temmet tgħid li “m’hemmx bżonn ta’ fjuri iżda donazzjonijiet lil DAR BJORN ikunu apprezzati ħafna.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com