“Il-Gvern Laburista Ħa Jħalli Pajjiż Taċ-Cheap Labour” – Jason Azzopardi
Hekk kif aktar kmieni dalgħodu l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar it-tema tal-Budget 2022, ‘Malta li rridu għal uliedna’, il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Jason Azzopardi fuq il-mezzi soċjali tiegħu qal li Robert Abela qed jistaqsi, X’pajjiż ħa jħalli lil uliedna?
Azzopardi qal li l-Gvern Laburista ħa jħalli “pajjiż taċ-cheap labour kif ukoll pajjiż fejn iż-żgħażagħ ma jifilħux jixtru jew jikru dar.”
X’taħseb dwar dan?