Il-Kap Tal-PN Jitlob Laqgħa Urġenti Mal-Awtorità Tax-Xandir

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech permezz ta’ ittra liċ-Chairman tal-Awtorità tax-Xandir talab laqgħa urġenti.
Fl-ittra Bernard Grech talab li għanda ssir laqgħa urġenti mhux iktar tard minn għada, dan wara “ċirkostanzi li qegħdin iseħħu fix-xandir pubbliku permezz tat-tmexxija tal-Public Broadcasting Services Ltd fejn qiegħed ikun hemm ksur lampanti tal-imparzjalità kif ukoll il-manipulazzjoni partiġġjana fit-twassil- tal-informazzjoni mill-Gvern, bħala sid l-istess liċenzjat.”