Il-Klabb tar-Regatta tal-Marsa Jirbaħ It-Tielet TGS Malta Fair Play Award

 Il-Klabb tar-Regatta tal-Marsa Jirbaħ It-Tielet TGS Malta Fair Play Award

Il-Malta Fair Play Movement ħabbar it-tielet TGS Malta Fair Play Award b’mod konġunt mal-Għaqda Ġurnalisti Sports u sponsorjat minn Together Gaming Solutions (Bethard Group Ltd.). Il-Klabb tar-Regatta tal-Marsa ġie mogħti dan it-tielet premju għall-perjodu bejn Lulju u Settembru tas-sena 2021.

Il-Marsin għenu lill-Klabb tar-Regatta tas-Siġġiewi (Siggiewi Rowing Club) sabiex dawn setgħu jieħdu sehem għall-ewwel darba b’mod uffiċjali, fir-Regatta li ġiet organizzata fil-25 ta’ Settembru, bħala parti mill-Ġimgħa Ewropea dedikata għall-Isport. Il-Klabb tar-Regatta tal-Marsa ma ħax sehem u sellef id-dgħajjes tiegħu lill-klabb tas-Siġġiewi.

“Aħna kuntenti u napprovaw id-deċiżjoni li t-tielet TGS Fair Play Award jingħata lill-Klabb tar-Regatta tal-Marsa. Id-deċiżjoni li ħadu sabiex jgħinu lill-klabb il-ġdid tas-Siġġiewi Rowing Club hija wirja ta’ sportività kbira u ġest għall-ġid ta’ klabb ieħor u li ħaqqu jkun rikonoxxut.” qal Benjamin Delsinger Direttur Maniġerjali ta’ Together Gaming Solutions.

Il-preżentazzjoni tat-TGS Malta Fair Play Award saret it-Tlieta 19 ta’ Ottubru 2021 fis-2pm fil-preżenza ta’ Andrea Critien mid-dipariment tal-Finanzi u r-Riżorsi Umani, Benjamin Delsinger Direttur Maniġerjali u Edward Licari Direttur ta’ Together Gaming Solutions, fl-uffiċini tagħhom f’San Ġiljan. Preżenti f’isem l-Għaqda Ġurnalisti Sports kien hemm l-Amministratur Stephen Azzopardi, il-membri tal-kumitat eżekuttiv Robert Busuttil u Domenic Aquilina flimkien mal-membru Josef Galdes. Charles Camenzuli kien preżenti f’isem il-Malta Fair Play Movement.

 

Ritratt: MSJA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com