Il-Lokalità Tal-Mosta Tilqa’ L-‘Queen Baton’

 Il-Lokalità Tal-Mosta Tilqa’ L-‘Queen Baton’

Aktar kmieni llum il-lokalità tal-Mosta kellha l-opportunità li tilqa’ l-Queen Baton bhala parti mir-relay li ser iddum 294 jum tal-Birmingham Commonwealth games.

Din hija tradizzjoni ħelwa li tiċċelebra l-komunitajiet li jiffurmaw parti min-nazzjonijiet tal-Commonwealth bħala preparazzjoni tal-istennija għal dawn il-logħob li ser jingħataw bidu lejn l-aħħar ta’ l-Lulju 2022.

Bħala lokalità, il-Mosta għażlet li tilqa’ l-Queen Baton bisiwit il-Bażilika Rotunda, fejn din l-okkażjoni waslet fil-lokalità Mostija fil-ġimgħa ta’ ċelebrazzjoni li ser twassal għall-150 sena anniversarju mill-konsagrazzjoni tat-tqegħid tal-ewwel ġebla ta’ dan it-tempju.

“Il-kunsill lokali ħa ħsieb li jagħti togħma ta’ logħob tradizzjonali fi sfont tal-pajjiż li qegħdin ngħixu fih illum fejn dawn iċ-ċkejknin tagħna qed jippreferu logħob tal-kompjuter”, tenniet magħna s-Sindku tal-Mosta Romilda B. Zarb.

Dan għamluh bi skop biex iwasslu l-importanza tal-attivita fiżika u l-importanza ta’ ikel nutrittiv għax tennew li dawn huma l-valuri li jeħtieġ li jiġu msawwra fiċ-ċkejknin li ser ikunu l-adulti t’għada.

“L-attività fiżika hija importanti mhux biss għas-saħħa fiżika iżda wkoll dik mentali”, temmet tgħid is-Sindku.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com