“Il-Mellieħa U X-Xemxija Minsija Fil-Pjan Tal-Metro” – Ivan Castilo
“Naf li l-Ħadd imma ma tistax ma tgħid xejn!!” Hekk kiteb il-kandidat tal-PN Ivan Castillo f’reazzjoni dwar ir-riżultat tal-istudju li sar dwar il-metro f’Malta li ġie mniedi lbieraħ.
Huwa qal li l-proġett tal-massa metro jidher li nesa kompletament il-Mellieħa…“il-linja tat-Tramuntana eventwalment ser tiġi estiża għal Buġibba…u l-Mellieħa u l-Melliħin?” tenna Ivan hekk kif f’dan l-istudju il-metro ġiet proposta li tasal sa Buġibba.
Ivan qal li bħal li kieku l-Mellieħa ma jkunx hemm traffiku allura m’hemmx bżonn metro…“mill-Mellieħa għal San Pawl il-Baħar żiffa ninżlu.”
“Ejja niftehmu din hija idea tajba…Però eżegwita ħażin” qal Ivan Castillo, filwaqt li saqsa x’ġara mill-pjan ta’ Konrad Xuereb li kien propost mill-PN fl-2017.