Il-Membru Malti Tal-Qorti Ewropea Tal-Awdituri Jippreżenta R-Rapport Annwali Tal-Qorti Ewropea Lill-Ispeaker Tal-Kamra Tad-Deputati
L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia lbieraħ rċieva żjara ta’ korteżija mis-Sur Leo Brincat, Membru Malti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Matul il-laqgħa, is-Sur Leo Brincat ippreżenta kopja tar-Rapport Annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tas-sena 2020.
Fi stqarrija ntqal li r-rapport ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni wara nofsinhar fil-bidu tas-Seduta mill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati.