Il-PN Jilqa’ L-Pubblikazzjoni Tal-Istudju Dwar Is-Sistema Tal-Metro Għal Malta

Fi stqarrija wara li lbieraħ ġie pubblikat l-istudju dwar is-sistema tal-metro f’Malta, l-Partit Nazzjonalista qal li huwa ġa kien ppublika din il-proposta fl-elezzjoni ġenerali tal-2017.
Il-PN qal li “sistema ta’ trasport effiċjenti u affordabbli huwa neċessita’ għal pajjiżna u ninkoragixxu lill-istakeholders kollha sabiex isemmgħu leħinhom fl-interess ta’ sistema li tibbenefika lil kulħadd u li fl-aħħar mill-aħħar tegħleb il-problema tal-konġestjoni tat-traffiku f’pajjiżna.”