Il-PN Jipproponi Struttura Politika Reġjonali Li Tirrifletti D-Dimensjoni Ta’ Għawdex

 Il-PN Jipproponi Struttura Politika Reġjonali Li Tirrifletti D-Dimensjoni Ta’ Għawdex

“Illum niċċelebraw Jum Għawdex. Ġurnata speċjali għalina l-Ġħawdxin. Assoċjata ma ġrajja storika meta bħala wlied din il-Gżira, l-antenati tagħna ngħaqdu biex ħadu lura r-riedni tat-tmexxija ta Gżirietna. Kontra kull avversitá.” Hekk tenna l-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għal Għawdex Chris Said fi stqarrija f’dan il-jum speċjali għal Għawdex.

Huwa żid jgħid li din hija “ġrajja li tissimbolizza karattru u identitá ta poplu. Imwielda u magħġuna mill-fatt li Għawdex hi gżira għaliha. Maqtugħa minn Malta. Għaldaqstant distinta.”

Chris Said saħaq li “f’okkażżjoni bħal din, għandna nieqfu u nirriflettu. Fuq ir-reżiljenza u d-determinazzjoni ta’ dawk li ġew qabilna u forsi iktar importanti, fuq ir-responsabbiltà li għandna aħna, illum. Sabiex niddeterminaw il-futur ta Gżirietna u tagħna l-Għawdxin.”

“U ladarba nħossu l-ħtieġa li għandna niċċelebraw il-kisba ta’ iktar awtonomija, nifhem li dan nagħmluh għax hu għal dan il-għan li naspiraw bħala Għawdxin. Biex id-deċiżjonijiet li jolqtuna mill-viċin, ikollna l-awtorità li neħduhom aħna, f’Għawdex stess,” kompla jgħid Said fl-istqarrija f’isem il-PN.

Huwa temm jgħid li “biex dan isir, għandna bżonn ta’ struttura politika li tippermetti li dan ikun jista’ jsir. U għalhekk qed nipproponu struttura politika reġjonali. Li tirrifletti d-dimensjoni reġjonali ta’ Għawdex tagħna. Li tpoġġi lil Għawdxi fit-tmun tad-direzzjoni li nixtiequ li nieħdu. Għax nemmnu li b’hekk nistgħu niggarantixxu l-aħjar ġejjieni. Għax tabilħaqq nemmnu fl-Għawdxin.”

Ritratt: Remax Malta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com