Il-PN Qed Ikun Il-Bidla Anke Fil-Liġi Dwar Il-Kannabis

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fuq il-mezzi soċjali tiegħu qal li xahrejn ilu kien saħaq li l-liġi dwar il-kannabis, għandha l-ewwel u qabel kollox tindirizza kif il-kannabis tista’ tinxtara.
“Jekk ma jkunx hekk, ir-rilassament tal-liġijiet se jwassal biss biex jissaħħaħ is-suq illegali, bil-kriminalità organizzata tapprofitta,” tenna Grech.
Huwa qal li llum, il-Gvern emenda din il-proposta għall-mod kif kien qal hu, permezz tal-introduzzjoni ta’ assoċjazzjonijiet bis-sħubija.
Il-Kap tal-PN b’reazzjoni għal din l-emenda qal li dan huwa każ ieħor kif l-Oppożizzjoni qed iġġib il-bidla, filwaqt li qal li ħa jkun qed iħares ‘l quddiem għall-pubblikazzjoni tal-Abbozz ta’ Liġi biex ikun hemm diskussjoni serja dwarha fil-Parlament, u eventwalment l-PN jipproponi l-emendi li jkun hemm bżonn.