Il-President Ta’ Malta Jibda Żjara Statali Fil-Kroazja
![Il-President Ta’ Malta Jibda Żjara Statali Fil-Kroazja](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/10/248319948_431127511712918_7623249115902822202_n-850x560.jpg)
Il-President ta’ Malta George Vella, flimkien mas-Sinjura Vella, se jkun qed jagħmel żjara statali fil-Kroazja mill-lum sad-29 ta’ Ottubru wara stedina mill-President Kroat, Zoran Milanovic.
Fi stqarrija ntqal li minbarra laqgħa mal-President Milanovic, l-impenji uffiċjali tal-President ta’ Malta se jinkludu wkoll laqgħat uffiċjali mal-Prim Ministru Andrej Plenković u mal-President tal-Parlament Gordan Jandroković, kif ukoll ċerimonji uffiċjali.
Id-delegazzjoni tal-President ta’ Malta se tkun tinkludi, fost l-oħrajn, lill-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici u lill-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Kroazja John Spiteri.
Sakemm il-President ikun il-Kroazja, is-Sinjura Dolores Cristina se sservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta.