Il-Protezzjoni Ċivili Jinsabu Preparati Għal Maltempata Mbassra Fil-Ħinijiet Li Ġejjien

 Il-Protezzjoni Ċivili Jinsabu Preparati Għal Maltempata Mbassra Fil-Ħinijiet Li Ġejjien

Hekk kif it-tbassir tat-temp qed ikompli jindika xita u riħ qawwi matul is-sigħat li ġejjien, il-Protezzjoni Ċivili f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tagħhom qalu li huma jinsabu preparati għal dak li jista’ jinqala.

Il-Protezzjoni Ċivili wissew lill-pubbliku sabiex jevita li jsuq waqt ix-xita speċjalment f’żoni fejn iżomm ħafna ilma. Importanti wkoll li ma tħallux xi vetturi f’postijiet viċin il-baħar kif ukoll f’postijiet perikolużi. Il-baħar huwa wieħed qawwi ħafna għalhekk importanti li wieħed ma jersaqx viċin tax-xtut.

Importanti li nżommu ruħna aġġornati b’avviżi li jistgħu joħorġu minn ħin għal ieħor.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com