Il-Pulizija Jmorru Għand Jason Azzopardi U Ġurnalist Wara Telefonati Foloz Li Kienu Jinsabu F’Emerġenza

 Il-Pulizija Jmorru Għand Jason Azzopardi U Ġurnalist Wara Telefonati Foloz Li Kienu Jinsabu F’Emerġenza

Matul il-lejl li għadda l-Pulizija kienu m’għajta biex imorru b’emerġenza fis-2am fid-dar tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi u f’dar ta’ ġurnalist li jixtieq jibqa’ anonimu wara li kellhom telefonati li kellhom bżonn l-għajnuna.

Jidher però li dawn it-telefonati li rċeviet il-Pulizija kienu foloz. Għalkemm in-numri ta’ minn kien qed iċempel kienu jidhru li huma verament ta’ Azzopardi u tal-ġurnalist dawn kienu telefonati foloz b’messaġġi r-rekordjati.

Jidher li dan kien każ ta’ ‘phone spoofing’, jiġifieri li xi ħadd ikun qed juża id-dettalji tiegħek bħal numru tal-mobile u isem biex jidher fuq il-mobile ta’ min jkun qed jirċievi t-telefonata.

Kien rapportat ukoll li fl-istess ħinijiet kemm Jason Azzopardi u anke l-ġurnalist bdew jirċievu telefonati foloz li kienu jidhru li qed jirċievuhom minn nies li jafu, fosthom Matthew Caruana Galizia.

Jason Azzopardi qal li t-telefonati baqgħu għaddejjin lejl sħiħ fejn kollha bdew jidhru li qed iċemplu nies li kien jaf, però x’ħin jirrispondu jinstemgħu biss ħsejjes strambi, mużika folk jew messaġġi rekordjati.

Times of Malta rrapportat ukoll li lbieraħ wara nofs in-nhar irċeviet telefonata falza bin-numru ta’ Jason Azzopardi. Matul din it-telefonata kien hemm messaġġ irrekordjat li kien jgħid “Stop writing about the spoofs. Stop writing about Yorgen Fenech. Stop writing about blogger Simon Mercieca … stop writing now.”

Wara dan il-messaġġ Times of Malta ppruvaw iċemplu lura imma ġie mmarkat li n-numru ma jeżistix.

Il-Pulizija qed jinvestigaw dawn il-każijiet.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com