Ilbieraħ Logħba Akkanita Bejn Naxxar Lions FC U Żejtun Corinthians FC

Ilbieraħ fil-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun kien hemm il-logħba akkanita bejn ir-rivali fil-football; Naxxar Lions FC u Żejtun Corinthians FC li bdiet fid-9pm.
Bosta kienu dawk li attendew bi ħġarhom anke fejn iġġeddet il-memorja passata fejn Naxxar u Żejtun kienu jikkompetu bis-saħħa kontra xulxin biex jitilgħu Premiere bejn l-2009 u l-2013.
Intant fil-logħba tal-bieraħ, Naxxar għelbu liż-Żejtun bi skor ta’ 3-2.
Għan-Naxxar skurjaw Jurgen Debono, Gilberto Martins Leite Carrara u Samuele Saldanha. Għaż-Żejtun skurjaw Jean Carlos u Renan Sgaria Farias.
Sa issa, Naxxar rebħu kull logħba mill-bidu tal-istaġun, jiġifieri 5 logħbiet minn 5.
Awguri Naxxar Lions.