Illum Tingħata L-Aħħar Tislima Lil Juan – Dawk Li Ħa Jattendu Għandhom Jilbsu Ħwejjeġ Ikkuluriti

Illum fit-3:30pm ħa tingħata l-aħħar tislima liċ-ċkejken Juan, tarbija ta’ xahrejn li twieled b’marda terminali u ħalla din id-dinja lbieraħ filgħaxija.
F’messaġġ ilbieraħ fuq il-mezzi soċjali Putinu Cares qalu li “Solange u Antoine l-ġenituri ta’ Juan għalmuna xi tfisser il-vera mħabba u rispett anke fl-agħar mumenti tal-ħajja.”
F’messaġġ ieħor dalgħodu huma talbu sabiex dawk li ħa jkunu qed jattendu din ċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja fil-Bażilika ta’ Santa Marija tal-Mosta, għandhom jilbsu ħwejjeġ ikkuluriti.
Putinu Cares talbu lill-pubbliku sabiex jitlob għal din il-familja.