Imut Croce Bonaci – Ġentlom U Wieħed Mill-Aqwa Dulċiera F’Pajjiżna

 Imut Croce Bonaci – Ġentlom U Wieħed Mill-Aqwa Dulċiera F’Pajjiżna

Tħabbret il-mewt ta’ Croce Bonaci, wieħed mill-aħwa Bonaci u wieħed mill-aqwa dulċiera f’pajjiżna.

Kienet il-familja tas-Sur Bonaci li permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali ħabbret il-mewt tal-fundatur tal-kumpanija Bonaci Caterers li kien ilu jaħdem fiha għal dawn l-aħħar 45 sena.

F’intervista lil tat martu Connie fl-aħħar ġimgħat b’rabta mal-maratona li ttellgħet għat-tieni Dar Bjorn, martu ddeskrievtu bħala bniedem ħabbrieki u ġeneruż. Hija qalet li kollox beda fl-aħħar ta’ Settembru li għadda wara ġurnata xogħol. Qalet li aktar tard qalulhom li kellhom tumur f’rasu.

Ħutu Karl u  Herman Bonaci qalu li t-tumur kien fi stadju avvanzat ħafna li ħallih ipparalizzat għal kollox u għalhekk kellu bżonn l-għajnuna 24 siegħa kuljum.

Il-mewt tas-Sur Bonaci ġabet reazzjoni minn bosta, b’mod partikolari minn bosta partitarji tat-tim tal-Belt li kien ħafna għal qalbu.

StradaRjali.com tagħti l-kondoljanzi lil familja Bonaci.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com