Imut George ż-Żabliġon – Wieħed Minn Tal-Aħħar Li Kien Għadu Jaħdem Il-Kitarra Maltija

“Dalgħodu qomna b’aħbar li ħallina l-ħabib tagħna George ż-Żabliġon. George kien wieħed minn ta’ l-aħħar li kien għadu jaħdem il-kitarra Maltija”
Hekk inkiteb fil-paġna tal-grupp mużikali popolari Kantera. Tennew li din il-kitarra li qed tidher fir-ritratt, kien ħadimha biex jużawha waqt is-serata ta’ Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija sabiex jitkattar dak li huwa Malti.
Kantera rringrazzjat lil George għas-sosten li dejjem ta lill-kultura Maltija. Insellmu l-memorja tiegħu.