In-Numru Tal-Emerġenza 112 Huwa Temporanjament Mhux Aċċessibbli – Uża N-Numru 119

Il-Korp tal-Pulizija qed javża li kawża ta’ problemi tekniċi, in-numru tal-emerġenza 112 huwa temporanjament mhux aċċessibbli.
Fi stqarrija l-Pulizija qed tappella lill-pubbliku sabiex f’kull każ ta’ emerġenza wieħed għandu jċempel fuq in-numru alternattiv 119 sakemm tkun solvuta l-problema.
Il-Pulizija Skużat ruħha għal kull inkonvenjenza.