In-Work Benefit Ta’ €150 U Tnaqqis Fit-Taxxa Fuq Id-Dħul Mill-Overtime
Tħabbar li mis-sena d-dieħla, ser jibdew jingħataw €150 f’in-work benefit fis-sena.
Il-ħaddiema li ħa jkunu qed jibbenefikaw huma ħaddiema li għandhom paga bażika li ma teċċedix l-€20,000, u jaħdmu ħinijiet atipiċi jiġifieri, filgħaxijiet, fi tmiem il-ġimgħa u bix-xift mal-privat kif ukoll jkunu jaħdmu fis-setturi tal-akkomodazzjoni u servizzi tal-ikel, servizzi amministrattivi u ta’ sapport, manifattura, trasport u ħażna u bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut.
Il-ħaddiema jridu jkunu tal-anqas ħadmu 6 xhur matul sena kalendarja f’dawn is-setturi.
Din il-miżura ħa tkun qed tagħti lura €6 miljun lura lil ħaddiema.
Il-Ministru Clyde Caruana ħabbar ukoll li ħa jkun inaqqas ir-rata tat-taxxa fuq id-dħul mill-overtime fuq l-ewwel 100 siegħa ta’ overtime fis-sena.
Dan ifisser li dawk il-ħaddiema li l-paga bażika tagħhom ma teċċedix €20,000 fis-sena u li ma għandhomx pożizzjoni maniġerjali, ser jibdew jiġu intaxxati bil-15% fuq l-ewwel €10,000 dħul mill-overtime.
Ntqal li b’din il-miżura ser ikunu qed jingħataw lura lill-ħaddiema €6 miljun fit-traħħis fit-taxxa tad-dħul.
Hu stmat li ‘l fuq minn 30,000 ħaddiem ser igawdi minn din il-miżura.