Inċident tat-Traffiku F’San Pawl Il-Baħar
Ilbieraħ, għal xi t-tmienja ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tattraffiku fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Renault Captur, misjuqa minn mara ta’ 57 sena residenti San Pawl il-Baħar, u mutur Kymco, misjuq minn Pakistan ta’ 36 sena residenti San Pawl il-Baħar ukoll.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.