“Inġustizzja Kbira Mat-Tfal Tagħna” – Il-PN

“L-aħbar li 5,000 tifel u tifla f’pajjiżna m’għandhomx kompjuter jew laptop biex jistudjaw hija waħda allarmanti li qed tkompli tikkontribwixxi għal inġustizzja kbira.”
Dan qalu l-Kelliem għall-Edukazzjoni u Sport Clyde Puli permezz ta’ stqarrija fejn saħaq li din l-aħbar tkompli tikxef in-nuqqas t’azzjoni mill-Ministeru tal-Edukazzjoni biex jindirizza problemi serji fis-sistema edukattiva fosthom d-digital divide u r-rati għoljin ta’ early school leavers. Huwa sostna li dawn in-nuqqasijiet mhux jagħmluha possibbli li uliedna jirnexxu lkoll u se jkompli jżid il-faqar fis-soċjetà tagħna.
Clyde Puli temm jgħid li l-PN qed jerġa’ jtenni l-wegħda tiegħu li jipprovdi tablet jew laptop mhux biss lill-istudenti tal-iskola primarja imma wkoll lit-tfal kollha tal-middle schools u tas-sekondarja.