“Inħobbuk Għal Dejjem Pa” – Il-Ministru Clint Camilleri
“12-il sena ilu. Tlifnik zgħir u ma rnexxilekx tara lil uliedek jikbru u jirnexxu. It-telfa tiegħek ħasditna, niktitna u kissritna… iżda mbagħad ħriġna b’saħħitna aktar minn qatt qabel”, kiteb il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri fuq il-midja soċjali tiegħu.
B’referenza għal missieru, Clint kiteb li ta’ 20 sena prova jilbes iż-żarbun tiegħu imma mhux dejjem irnexxielu.
Semma kif ommu, mexxiet il-familja b’għaqal u b’dedikazzjoni liema bħala. “Familtek baqgħet tikber u se tkompli tikber.”
Huwa ddedika r-ritratti mit-tieġ ta’ bintu, oħt Clint għalih u qallu: “Ma kontx hemm, iżda żammejnilek postok xorta. F’moħħna u f’qalbna kull minuta. Din hi familtek, akbar minn qatt qabel. Inħobbuk għal dejjem Pa. Ma ninsewk qatt.”
Insellmu l-memorja tiegħu.