Inkunu Korretti Jekk Ngħidu Li Wara XFactor tal-Bieraħ Imiss Li Jitħawwlu 12-Il Siġra?

Jidher li lbieraħ fl-ewwel serata ta’ X Factor Malta għaddew 12-il artist għall-‘boot camp’. Dan hekk kif m’għaddewx biss 2 artisti.
Lura f’Awwissu, il-Ministru tal-Ambjent u t-tibdil fil-Klima Aaron Farrugia kien ħabbar li għal kull ‘iva’ ser titħawwel siġra bil-għan li inizjattiva bħal din, tqajjem aktar kuxjenza favur ambjent aħjar. Għalhekk, suppost imiss li jitwaħħlu 12-il siġra.
X Factor Malta beda lbieraħ 3 t’Ottubru bl-ewwel puntata jidher li ntlaqtet tajjeb.
Il-ġurija huwa Ira Losco, Ivan Grech, Howard Keith u Philippa Naudi.