Int Applikajt? Kun Parti Mill-Istorja Ta’ Mużika Mużika!

 Int Applikajt? Kun Parti Mill-Istorja Ta’ Mużika Mużika!

Mużika Mużika, festival li reġa’ xeħet id-dawl fuq il-kanzunetta Maltija billi ħoloq pjattaforma xierqa li tant kienet mixtieqa minn kantanti, kompożituri u awturi lokali. Dan il-festival, li ra l-ewwel edizzjoni tiegħu f’Marzu li għadda, għamel ħoss kbir kemm mal-artisti kif ukoll mal-udjenza televiżiva, tant l-kummenti pożittivi dwaru għadhom jidwu s’issa, seba’ xhur wara.

L-applikazzjonijiet għall-edizzjoni li jmiss ilhom miftuħa minn Lulju, u jidher li diġà qanqlu interess kbir minn bosta artisti lokali. Festival bħal dan mhux talli jservi ta’ pjattaforma biex artist jesponi  t-talenti tiegħu iżda ħoloq diversi opportunitajiet fejn artist jista’ jkompli jikber professjonalment permezz ta’ kuntatti u esperjenzi ġodda li jiftħu l-bibien għal avventuri oħra fil-karriera mużikali.

X’qed tistenna? Issottometti l-applikazzjoni tiegħek u kun parti mill-istorja ta’ dan il-festival tant prestiġjuż! Is-sottomissjonijiet online jagħlqu fil-15 t’Ottubru. Min jixtieq japplika bl-idejn jista’ jagħmel dan bejn it-13 u l-15 t’Ottubru mill-uffiċini ta’ Festivals Malta l-Furjana.

Għal aktar informazzjoni, u biex tapplika, żur www.muzikamuzika.mt

Ritratt: Elisa Von Brockdorff

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com