“Intenni L-Istess Appell – Il-Bżonn Li Nieħdu T-Tilqima” – Il-Prim Ministru Robert Abela
“Dik il-minoranza li għada ma ħaditx it-tilqima nħeġġihħa tieħu t-tilqima għax jekk minn xhur ilu ‘l hawn bħala pajjiż konna kapaċi li nnaqsu ftit ftit ir-restrizzjonijiet mingħajr sa issa qatt ma kellna mmorru lura kien għax kellna u għandna l-vaċċin. U allura bl-istess mod nappella lil kulħadd biex la jibda jirċievi l-appuntament tal-booster imur jieħu wkoll it-tilqima tal-booster.”
“Il-pandemija kienet tema oħra li qamet madwar il-mejda tal-Kunsill Ewropew.
Ittik sodisfazzjon meta tkun tista’ tgħid kemm konna kompetenti bħala pajjiż biex ksibna l-vaċċin, iżda wkoll kemm ikkopera l-pubbliku fit-teħid tal-vaċċin.
Pero’ fit-triq għan-normalita, fejn irilaxxajna l-miżuri ftit ftit u sa issa qatt ma morna lura, m’għandniex niqfu nkunu responsabbli u nieħdu ħsieb xulxin.”
Hekk qal u ħeġġeġ lill-pubbliku l-Prim Ministru Robert Abela waqt intervista fuq ONE Radio.