“Ir-Restawr Tal-Pitturi Fil-Kappella Tal-Ħabs Kienu Ta’ Sfida” – Fr. Charles Vella

 “Ir-Restawr Tal-Pitturi Fil-Kappella Tal-Ħabs Kienu Ta’ Sfida” – Fr. Charles Vella

Ir-restawr tal-pitturi fil-kappella tal-ħabs kienu sfida psikoloġika għal Fr. Charles Vella li qed jaħdem fuq dawn il-biċċiet ta’ arti waqt li diversi priġunieri jmorru jkellmuh b’mod kunfidenzjali dwar lis-storja tagħhom.

L-ambjent biex taħdem ġo ħabs mhux wieħed faċli u idejali trid toqgħod attent għal ħafna affarijiet fosthom li ma tħallix għodda jew kimika tiġri barra għaliex tista’ tispiċċa f’idejn il-priġunieri.

F’intervista ma’ Times of Malta Fr. Charles Vella jirrakkonta kif l-iktar ħaġa li għejjietu fiżikament u mentalment ma kienitx ix-xogħol fuq il-pittura nnifisha li fiha madwar 5 metri b’4 metri kbira, imma kienu l-problemi u l-istejjer tal-priġunieri li kien jisma’ kuljum.

“Waqt ix-xogħol tar-restawr kont f’kuntatt ma diversi priġunieri li urew interess u apprezzaw dak li qed isir fil-kappella, u bejn kafè u sigarett il-priġunieri kienu jitkellmu miegħi u jien kont nisma” qal Fr. Charles filwaqt li kompla jgħid li “kulħadd jagħmel żbalji…ta’ uħud huma tal-biża…Imma fl-aħħar mill-aħħar għandi irġiel quddiemi li jridu jirriformaw ħajjithom.”

Bħal issa Fr. Charles qed jirrestawra l-pitturi tal-kappella tal-ħabs li jmorru lura għas-seklu 19 u huma attribwiti lill-pittur Enrico Casolani. Il-pitturi jikkonsistu f’pittura impittra fuq it-tila li turi t-trasfigurazzjoni. Dan il-kwadru kien f’kundizzjoni ħażina ħafna fejn il-priġunieri stess ħadmu qafas ġdid tal-injam biex teħel it-tila fuqu. Fil-kappella hemm ukoll pitturi oħra impittra fresco li qed jiġu restawrati bħal issa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com