“It-2 T’Ottubru…Għaddew Sena U Seba’ Xhur Mill-Jum Misħut Meta Firduk Minn Familtek…” – Carmel Pace

 “It-2 T’Ottubru…Għaddew Sena U Seba’ Xhur Mill-Jum Misħut Meta Firduk Minn Familtek…” – Carmel Pace

“It-2 t’Ottubru…għaddew sena u seba’ xhur mill-jum misħut meta firduk minn familtek. Meta jien spiccajt mingħajr dik li flimkien għamilna familja.” Hekk kiteb kmieni dalgħodu Carmel Pace f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu.

Propju sena u seba’ xhur ilu ġrat diżgrazzja li ħasdet lil Malta kollha fejn kienet waqet id-dar tal-Familja Pace waqt kawża ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni li kien għaddej maġenb id-dar tagħhom. Dak il-ħin fid-dar kien hemm Miriam Pace li spiċċat mirduma fit-tifrik tad-dar tagħha stess.

Carmel qal li dwar Miriam jitkellem fuqha u jaħseb fiha kuljum. “Jiġu mumenti qisu li din kienet ħolma iżda malajr niġi f’tiegħi u nintebaħ bir-realtà ta’ din il ħajja,” kompla jgħid Carmel Pace.

“Mir, bħalissa żgur qegħda bil-kuruna tar-rużarju f’riġlejn is-Sultana…m’għandiex dubju li qed tħares lil uliedna minn fejn qegħda u ibqa’ żommna fit-talb tiegħek. Grazzi ħanini tiegħi u sellilna għall-għeżież tagħna…Love you,” temm jgħid Carmel, raġel ta’ kuraġġ li flimkien mat-tfal tiegħu kellhom jerġgħu jibdew jibnu ħajjithom mill-ġdid.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com