“Iż-Żjara Tal-Papa F’Malta Hija Pjanata Għar-Rebbiegħa Tas-Sena D-Dieħla” – Il-President George Vella

 “Iż-Żjara Tal-Papa F’Malta Hija Pjanata Għar-Rebbiegħa Tas-Sena D-Dieħla” – Il-President George Vella

Il-President ta’ Malta George Vella dalgħodu waqt li kien qed iwieġeb għal mistoqsija ta’ Net News qal li ż-żjara ta’ Papa Franġisku f’Malta hija ppjanata għar-Rebbiegħa.

George Vella qal li l-informazzjoni li għandu huwa hija dik li diġà ħarġet fil-pubbliku.

Huwa żied jgħid li meta l-Vatikan ippospona ż-żjara minn dik oriġinali ta’ Diċembru ta’ din is-sena, kien ta indikazzjoni li issa ż-żjara se tkun qed tiġi skedata għar-Rebbiegħa.

Aktar kmieni dan ix-xahar waqt intervista mill-Vatikan il-Prim Ministru Robert Abela kien qal li l-Papa ħa jkun jżur Malta fl-ewwel kwart tas-sena.

Jekk nieħdu f’kuntest dak li qal il-Prim Ministru u dak li qal il-President dalgħodu, dan jista’ jwassal biex iż-żjara tal-Papa tkun qed issir lejn l-aħħar ta’ Marzu.

Però s’issa dan għadu kollu spekulazzjoni hekk kif fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet meta kien intervistat il-Papa fost il-pajjiżi li semma li jixtieq iżur fl-2022, Malta ma kienetx fosthom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com