Iż-Żjara Tal-Papa F’Malta Posposta… ‘Ma Tistax Issir F’Arja Ta’ Elezzjoni Ġenerali’
Iż-żjara tal-Papa f’Malta mhux se ssir din is-sena. Ir-raġunijiet li qed jissemmew huma 1. possibbilment ta’ żieda fil-każijiet tal-Covid-19 u anke 2. l-ispekulazzjoni ta’ elezzjoni ġenerali.
Intqal li mill-Vatikan kien hemm kriterja li viżta tal-Papa ma ssirx fi żmien ta’ arja ta’ elezzjoni ġenerali; qabel jew wara viżta minnu f’pajjiżna.
Għalkemm il-Prim Ministru Robert Abela kien qal li ‘snap election’ mhix fuq l-aġenda, xorta waħda jidher li tista’ tkun strateġija politika tajba.
Għalhekk, iż-żjara ta’ Papa Franġisku hija mistennija ssir is-sena d-dieħla.