Iżomm Il-Katavru Ta’ Ommu Fil-Gwardarobba Biex Jibqa’ Jieħu L-Pensjoni Tagħha

 Iżomm Il-Katavru Ta’ Ommu Fil-Gwardarobba Biex Jibqa’ Jieħu L-Pensjoni Tagħha

Fl-Italja raġel ta’ 50 sena kien arrestat wara li l-Pulizija sabu katavru ta’ mara anzjana fil-gwardarobba tiegħu.

Jidher li r-raġel minn Buccinasco, f’Milan kien ħeba lil ommu wara li din kienet mietet f’Novembru tal-2019. L-anzjana tal-80 sena kien ġeżwirha fil-boroż tal-plastik u poġġiha fil-gwardarobba.

Huwa għamel hekk biex jibqa’ jieħu €1,700 pensjoni tagħha fix-xahar.

Il-Pulizija Taljana ħa tkun qed tressqu l-Qorti akkużat li ħeba katavru kif ukoll bi frodi.

Ritratti: italy24news.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com