Jason Azzopardi Jgħid Li Ma Kienx Qed Jirreferi Għal Carmelo Abela Dwar Il-Hold Up Tal-HSBC

 Jason Azzopardi Jgħid Li Ma Kienx Qed Jirreferi Għal Carmelo Abela Dwar Il-Hold Up Tal-HSBC

“L-aħħar ħaġa li għidt, m’għedtiex lir-rikorrent (Abela) imma nista’ ngħid li meta kont qed nirreferi għall-kollega, kont qed nirreferi għal eks-politiku,” qal Jason Azzopardi lil Dr Pawlu Lia dalgħodu fil-qorti fejn kompla jisntema’ l-każ ta’ libell li l-Ministru Carmelo Abela fetaħ kontrieħ.

Dan dwar kitba fuq il-midja soċjali li fiha implika lill-Ministru Carmelo Abela fl-attentat tal-hold up tal-HSBC.

Madanakollu, Dr Azzopardi offra li jixhed fil-magħluq biex ikun jista’ jagħti iżjed dettalji dwar dan.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com