“Jekk Tista’ Tagħti D-Demm, Dan Huwa Dmir Tagħna” – Is-Sindku Tal-Mosta Romilda Zarb
“Jekk tista’ tagħti d-demm, dan huwa dmir tagħna,” hekk qalet is-Sindku tal-Mosta Romilda Zarb fuq il-mezzi soċjali tagħha waqt li kienet qed tagħti d-demm fiċ-ċentru ta’ Gwardamanġa.
Ta’ spiss nappellaw dwar l-importanza li wieħed jagħti d-demm b’mod regolari sabiex ir-riserva tad-demm dejjem tibqa’ waħda tajba mingħajr il-bżonn li jitwaqqfu xi trattamenti jew operazzjonijiet importanti.
Fil-fatt Romilda filwaqt li għamlet kuraġġ sabiex aktar nies jieħdu l-inizjattiva fakkret li n-nisa jistgħu jagħtu d-demm kull 4 xhur waqt li l-irġiel jistgħu jagħmlu dan kull 3 xhur.
“Id-donazzjoni tiegħek tista’ ssalva l-ħajja ta’ persuna,” temmet tgħid Romilda Zarb.
Prosit!