Jinżamm Arrestat Wara Li Ġie Mixli Li Prova Jagħmel Hold-Up B’Pistola Finta

 Jinżamm Arrestat Wara Li Ġie Mixli Li Prova Jagħmel Hold-Up B’Pistola Finta

Antonio Mangion ta’ 36 sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti llum mixli b’attentat ta’ hold-up minn ħanut fi Triq San Tumas f’Ħal Tarxien, nhar il-5 t’Ottubru li għadda.

Huwa prova jwettaq din is-serqa minn ħanut tal-pasti billi hedded lil żewġ ħaddiema li kienu xogħol b’pistola, li wara rriżultat li kienet arma finta.

Ir-raġel kien ġie identifikat minn CCTV ħiereġ u dieħel fil-karozza tiegħu li kien ipparkja ftit il-bogħod mill-ħanut. Huwa kien ħarab minn fuq il-post bla ma seraq xejn.

Antonio Mangion wieħed mhux ħati għal dawn l-akkużi u talab il-ħelsien mill-arrest.

L-avukat tiegħu qal li dak li għamel kienet ġennata minħabba problemi finanzjarji u ta’ droga li għandu.

Il-Maġistrat Nadia Lia ċaħdet it-talba tal-ħelsien mill-arrest minħabba li għad hemm xhieda li jridu jagħtu l-verżjoni tagħhom fil-Qorti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com