Jippreparaw Kartolina Għal Lamin Jaiteh Li Tħalla Fuq Bankina Wara Li Waqa’ Waqt Ix-Xogħol
L-Istudenti tal-klassi 7A minn Saint Elias Collaege ippreparaw kartolina b’xewqat ta’ fejqan ta’ malajr għal Lamin Jaiteh.
Lamin ftit ġranet ilu spiċċa mitfugħ fuq bankina ftit ħin biss wara li weġġa’ fuq il-post tax-xogħol.
Fuq il-paġna ta’ facebook tal-kulleġġ, intqal li s-Sur Karl Carabott wassal il-kartolina f’isem l-istudenti.
Kitbu wkoll li Lamin qallu: “Ġismi muġugħ imma qalbi ferħana bis-saħħa ta’ dawn it-tfal.”