Jitilgħu l-Poloz Tal-BOV Tazza L-Kbira

 Jitilgħu l-Poloz Tal-BOV Tazza L-Kbira

Il-finali tal-BOV Tazza l-Kbira 2021 se ssir nhar il-Ħadd 31 t’Ottubru. Is-sidien taż-żwiemel finalisti ta’ dan l-akbar unur fil-kalendarju tat-trott Malti iltaqgħu flimkien sabiex jassistu għat-tlugħ tal-poloz li abbinaw in-numri tat-tluq mal-finalisti.

In-numri ittellgħu mill-Imħallef Emeritus Antonio Mizzi Chairman tal-Malta Racing Club u EquestriMalta kif ukoll Charles Azzopardi Executive CSR u Marketing tal-Bank of Valletta.

Għal darb’oħra, minħabba l-programm ridott ta’ tiġrijiet, il-BOV Tazza l-Kbira qed issir f’Ottubru. Dan però ma naqqas xejn mill-interess tal-parteċipanti hekk kif  numru ta’ sidien ir-reġistraw żwiemel ġodda għal dan il-kampjonat li fetaħ it-tieni parti tal-istaġun. Filfatt tlieta minn dawn irnexxielhom ukoll jaslu sal-finali – Chaud Devant, Venale u Beguin d’Ali.

Nhar il-Ħadd saru żewġ semi finali b’sitta minn kull tiġrija jikkwalifikaw għall-finali. L-aktar ħin veloċi f’dan il-kampjonat jibqa dak ta’ 1’13”7 irreġistrat fis-semi finali tas-sena l-oħra propju miż-żiemel li ħareġ rebbieħ ħmistax wara Vivaldi du Vivrot. Iżda l-aqwa ħin tal-finali huwa dak ta’ Up And Go medja ta’ 1’14”5 li wettaq fl-2019. Dan iż-żiemel ser ikun qed jittanta jirbaħ dan l-unur għat-tieni darba hekk kif ikkwalifika għall-finali wara li fl-edizzjoni tas-sena l-oħra kien safa eliminat fil-fażi tas-semi finali.

Il-poloz ittellgħu fil-preżenza tas-sidien fejn ġew mħarsa l-indikazzjonijiet tal-Awtorita tas-Saħħa dwar l-imxija tal-Covid19. Iċ-Chairman Antonio Mizzi tellgħa isem iż-żiemel filwaqt li Charles Azzopardi tellgħa n-numru.

Iż-żwiemel se jitilqu b’dawn in-numri:

1. BARA MIN

2. ASTER DES CAILLONS

3. JOE HOO LEE

4. CHAUD DEVANT

5. BEGUIN D’ALI

6. UP AND GO

7. VENALE

8. JUVELS BOY

9. CASANOVA DU CORTA

10. ANTOINE DU BOURG

11. BARON DE MAJUAG

12. VIKING’S TOPLINE

Ritratt: MRC

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com