Jonathan Ferris Mistenni Jitressaq Il-Qorti Akkużat Li Ħa Ġurament Falz Fl-Inkjesta Dwar Egrant
Fil-ħin li ġej mistenni jitressaq il-qorti l-eks Spettur tal-Pulizija u eks Maniġer fl-FIAU Jonathan Ferris mixli b’xhieda falza fl-inkjesta dwar il-kumpanija Egrant.
Fix-xhieda tiegħu huwa kien qal li hemm tranżazzjoni ta’ $600,000 minn persuna esposta politikament fl-Ażerbajġan lill-kumpanija Buttardi, li kienet ta’ persuna qrib Michelle Muscat.
Madanakollu fl-inkjesta li saret mill-Imħallef Aaron Bugeja kien ġie konkluż li ma kien hemm ebda traċċa ta’ din l-allegat tranżazzjoni. Ma kienu tressqu ebda provi wkoll li juru li l-kumpanija Egrant kienet tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat jew ta’ xi ħadd mill-familja tiegħu.
Din l-investigazzjoni kienet bdiet mill-Pulizija fl-2018 wara li l-Maġistratt Bugeja kien talab lill-Pulizija sabiex Jonathan Ferris jiġi nvestigat dwar possibilità li gideb taħt ġurament.
Huwa mistenni jitressaq il-qorti quddiem il-Maġistrat Marseanne Farrugia.
Ritratt: The World News