Julie Pomorski Lura Fix-Xena Tal-Mużika Lokali Bħala Kantawtriċi

 Julie Pomorski Lura Fix-Xena Tal-Mużika Lokali Bħala Kantawtriċi

Imwielda fit-13 ta’ Novembru tal-1987, Julie Pomorski żgur li m’għandha bżonn ebda introduzzjoni fix-xena tal-ispettaklu. Wara li għexet il-maġġor parti ta’ ħajjitha fuq il-palk, fi studjo tat-televixin jew inkella fi studjo tal-kant. Illum il-ġurnata, hija wkoll għalliema tal-vuċi fi ħdan VocalBooth Studios, fejn l-irwol tagħha huwa li tipprepara lill-kantanti t’għada.

Dawn l-aħħar snin Julie tgħid li ilha ttella’ u tniżżel il-possibilità li tippubblika xi materjal oriġinali u proprju issa fl-2021, ddeċidiet li issa ċ-ċans. Ar’Int! fuq kliem u mużika tal-istess Julie Pomorski, b’xi ftit għajnuna minn Conrad Dimech ta’ Blacklight Studios hija biss l-bidu, togħma żgħira ta’ dak mistenni.

Fi kliem Julie, Ar’Int! ‘mhi miktuba għal ħadd partikolari, iżda ħassejt li kelli noħloq persuna li ħafna jistgħu jirrelataw magħha, persuna li tgħaddi minn episodju fejn tingidem minn xi ħadd li tkun mingħalhja bniet relazzjoni intima’. Il-kantawtriċi tkompli żżid li l-kanzunetta ila ‘miktuba madwar 3 snin iżda nħoss li l-messaġġ jibqa’ kurrenti, jgħaddu kemm jgħaddu s-snin’.

Ar’Int!, l-ewwel kanzunetta oriġinali mill-vuċi ta’ Julie Pomorski minn Ħolqa, li biha hija ħadet sehem fil-festival L-Għanja tal-Poplu 2017, hija akkumpanjata minn filmat mużikali ffilmjat minn Three Wise Men. Dan il-filmat jagħti ħafna kulur lill-kanzunetta, u mhux biss għax hemm fjuri ta’ kull kulur, iżda għax jirnexxielu jagħti dimensjoni oħra. Inħeġġiġkom biex tarawh!

Mil-lum 16 t’Ottubru, Ar’Int! hija disponibbli biex tindaqq jew tinxtara fuq il-pjattaformi ewlenin tal-mużika diġitali fosthom: Spotify, Deezer, Google Play, Amazon u iTunes  grazzi għall-kumpanija tad-distribuzzjoni internazzjonali; CAP-Sounds.

Awguri Julie!

Ara l-filmat:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com