Kappillan Ġdid Għall-Parroċċa Ta’ Gwardamanġa

 Kappillan Ġdid Għall-Parroċċa Ta’ Gwardamanġa

L-Arċisqof Charles Jude Scicluna llejla se jiċċelebra quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta’ Patri Joseph Zahra, Dumnikan, bħala kappillan tal-parroċċa tal-Madonna ta’ Fatima, Gwardamanġa.

Patri Joseph Zahra twieled fil-25 ta’ Mejju 1974. Huwa studja l-filosofija u t-teoloġija fl-Università ta’ Bologna fl-Italja. Beda l-formazzjoni reliġjuża fl-1992 fil-Kunvent tal-Madonna tal-Għar, ir-Rabat, u sentejn wara għamel l-ewwel professjoni solenni.

Hu ġie ordnat saċerdot fit-22 ta’ Lulju 2003 fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Fatima fi Gwardamanġa, fejn serva bħala viċi kappillan għal erba’ snin.

Patri Joseph wettaq ħidma pastorali fil-parroċċa tal-Porto Salvo u San Duminku fil-Belt Valletta, u matul l-aħħar tmien snin qeda wkoll fl-uffiċċju ta’ promutur provinċjali tal-vokazzjonijiet Dumnikani.

Il-parroċċa tal-Madonna ta’ Fatima fi Gwardamanġa tiġbor fiha madwar 4,282 persuna

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com