Kemm Veru Naċċettaw Li Aħna Umani U Li Niżbaljaw?

 Kemm Veru Naċċettaw Li Aħna Umani U Li Niżbaljaw?

Il-famuża frażi ‘mental health’ / saħħa mentali. Saret donnha cliche li tissemma kontinwament… imma fil-verità, kemm veru nifhmuha u nagħtu kasha?

Ngħajru lil xulxin bl-addoċċ, speċjalment fuq il-midja soċjali. Ngħidu li fuq facebook jiġri dan… tidħol tiktok kważi tiċċassa tara l-kummenti dispreġġjattivi lejn nies li forsi għal għajnejna jidhru differenti.

Hemm għafejn nagħtu titli koroh bħal ‘tank Ħ***’? Xi jkun ħa l-persuna li kitbitha?

Tmur imdejjaq ix-xogħol u forsi ta’ fuqek qas jagħtu kasek u jgħidulek ‘iġġibx skużi, ix-xogħol irid isir’

Dawn huma sempliċiment nitfa minn ħafna eżempji. L-iskop hu li jqanqal mistoqsija fik: X’qed tagħmel biex tagħti valur lis-saħħa mentali?

Lilkom li għaddejjin minn mumenti iebsin, aħsbu fis-saħħa tagħkom qabel kollox. Ftakru li l-ħajja qasira u li waħda għandna minnha.

Agħmlu kuntatt mal-helpine: 179 u iftaħ qalbek. Dak li jingħad jibqa’ kunfidenzjali.

Ritratt: NBC News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com