Kieku Llum Mary Fenech Adami Għalqet 88 Sena

“Illum il-Birthday tal-mama. Kieku illum ghalqet 88 sena.” Hekk kiteb l-Onorevoli membru parlamentari fi ħdan il-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami fuq il-midja soċjali tiegħu.
Saħaq dwar l-umiltà li ommu kienet iġorr tant li rebbħitha rispett minn kulħadd.I
“Il-mama’: mara li x -xinxilli qatt ma għamlu biha. Il-mama, Slimiza li ħabbet lil Birkirkara u Niesha. Il-mama li għażlet is-sempliċità. Il mama li ħafret lil min sawwatha. Omm li serviet lil pajjiżna. Il-mama’ li kull filgħodu lissnet “Bl-għajnuna ta’ Alla naslu.”, kompla jgħid Beppe.
Esprima li jixtieq li għadha hawn fostna u talabha tieħu ħsiebu u lil kulħadd minn fejn il-Ħallieq. “Ħu ħsiebna minn fejn il-Ħallieq. Ħu ħsiebi. Ibqa imxi l-mixja miegħi. Happy Birthday Ma.”