“Kien Fost L-Agħar Bulletin Tal-Aħbarijiet Li Qrajt” – Julia Farrugia Portelli

 “Kien Fost L-Agħar Bulletin Tal-Aħbarijiet Li Qrajt” – Julia Farrugia Portelli

“Bħal lum 16-il sena tlifna ħamest itfal mill-Qrendi. Kien fost l-agħar bulletin tal-aħbarijiet li qrajt filgħaxija”, kitbet l-Onorevoli Julia Farrugia Portelli fuq il-midja soċjali tagħha li kienet ġurnalista fi ħdan ONE News.

Dan b’referenza għal każ li kien ixxukkja lil kulħadd, meta 16-il sena ilu ħames żgħażagħ tilfu ħajjithom f’inċident traġiku.

Il-5 żgħażagħ kienu David Sacco ta’ 13-il sena, Fabio Magro ta’ 16-il sena, Osvaldo Vella, Marco Abdilla u Christian Camilleri ta’ 17-il sena; kollha mill-Qrendi.

Huma kienu fi triqthom lura d-dar minn attività soċjali (bbq) li sar fir-Rabat u f’ħin minnhom, il-vann li kienu fih tilef il-kontroll tant li kellu mpatt qawwi ma’ ħajt.

Iż-żgħażagħ kienu membri attivi fis-sezzjoni taż-żgħażagħ tal-Banda ta’ Santa Marija tal-Qrendi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com