Konrad Mizzi Disponibbli Mit-3 Ta’ Novembru ‘L Quddiem

 Konrad Mizzi Disponibbli Mit-3 Ta’ Novembru ‘L Quddiem

Hekk kif għada jerġa jiltaqa’ l-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi, dalgħodu d-Deputat Konrad Mizzi kiteb fuq il-mezzi soċjali tiegħu li kemm hu kif ukoll l-avukat tiegħu ħa jkunu disponibbli sabiex jattendu “għal-laqgħa tal-kumitat fi kwalunkwe’ ġurnata minn nhar l-Erbgħa 3 ta’ Novembru ‘il quddiem.”

It-Tlieta li għadda, Konrad Mizzi qal li wara li l-PN resaq mozzjoni ftit ħin qabel id-diskors tal-Prim Ministru Robert Abela kien iddeċieda li jattendi għal-laqgħa, però l-għada umbad qal li mhux ħa jkun qed jattendi għaliex l-avukat tiegħu ma kienx disponibbli.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com