Kuċċier Ta’ 28 Sena Weġġa’ Serjament Waqt Tiġrija Fil-Korsa L-Antika Tal-Marsa
Ilbieraħ, għal xi l-5:15pm, il-Pulizija ġiet infurmata mill-awtoritajiet tas-saħħa li aktar kmieni, għal xi t-3:00pm, iddaħħal raġel l-Isptar Mater Dei wara li sofra xi ġrieħi fil-Marsa.
Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li r-raġel, li għandu 28 sena u residenti Tal-Pietà, weġġa’ għax waqa’ minn fuq is-serkin waqt tiġrija fil-Korsa l-Antika tal-Marsa.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.