Jiżdied L-Ammont Taċ-Ċekk Tar-Rifużjoni tat-Taxxa
Tħabbar li r-rifużjoni tat-taxxa li ngħatat f’dawn l-aħħar snin mill-Gvern ħa tkun qed tiżdied.
Il-Ministru Clyde Caruana ħabbar li iż-żieda ħa tkun qed titla għal bejn €60 u €140 bl-ogħla rifużjoni tingħata lil dawk bl-aktar dħul baxx.
Din hija miżura ta’ €24 miljun u ħa jibbenefikaw ’il fuq minn 250,000 persuna.
Ara kif ħa jkunu qed jiżdied it-Tax Refund:
Komputazzjoni: Singola
Dħul 2021 2022
€0 – €15,000 €80 €125
€15,001 – €30,000 €65 €95
€30,001 – €59,999 €45 €60
Komputazzjoni: Miżżewġin
Dħul 2021 2022
€0 – €20,000 €95 €140
€20,001 – €40,000 €80 €110
€40,001 – €59,999 €50 €65
Komputazzjoni: Ġenitur
Dħul 2021 2022
€0 – €15,000 €90 €135
€15,001 – €30,000 €75 €105
€30,001 – €59,999 €45 €60