L-Agħar Tensjoni Maċ-Ċina F’40 Sena

 L-Agħar Tensjoni Maċ-Ċina F’40 Sena

Qed jitqies li dan huwa l-aktar mument ta’ tensjoni bejn it-Taiwan u ċ-Ċina fl-aħħar 40 sena. Hekk ukoll sostna l-Ministru tad-difiża tat-Taiwan fejn qed iwissi li jista’ jkun hemm xi ġlied bejniethom.

Dan ġara wara li ċ-Ċina bagħtet numru rekord ta’ jets militari fiż-żona difensiva tal-ajru fit-Taiwan, liema pajjiż jitqies bħala sovran.

Iċ-Ċina min-naħa tagħha qed tqis lit-Taiwan bħala provinċja li nqatgħet minn magħha u mhux teskludi li terġa’ tgħaqqadha magħha bil-forza.

Iċ-Ċina stqarret ukoll li hija kapaċi tinvadi l-pajjiż sal-2025.

Ritratt: BBC

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com