L-Għajnuna Finanzjarja Fuq Xiri Ta’ Vetturi Elettriċi Se Tiżdied B’€3,000

 L-Għajnuna Finanzjarja Fuq Xiri Ta’ Vetturi Elettriċi Se Tiżdied B’€3,000

Fejn jidħol għajnuna finanzjarja fuq xiri ta’ vetturi ġodda li jaħdmu bl-elettriku jew inkella Plug-In Hybrids ser tiżdied bi €3,000 minn għada.

Dan ifisser li minn €8,000 għal xiri ta’ karozzi elettriċi jew plug-in hybrids din sa titla’ għal €11,000, u titla’ sa €12,000 f’każ li se tiġi użata l-iskema tal-iskrappjar tal-vetturi wkoll.

Il-Ministru Caruana ħabbar ukoll li se tkun qed tiżdied l-għotja finanzjarja fuq skrappjar ta’ vetturi li jħammġu f’Għawdex.

Din se tkun qed tiżdied b’€1,000 biex issa din se titla’ għal €2,000.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com