L-Inkjesta Interna Dwar Il-Ħabs Estiża B’Xahrejn

B’referenza għall-istqarrija ppubblikata fid-9 ta’ Awwissu, li fiha kienet imħabbra l-ħatra ta’ bord bl-inkarigu li jevalwa l-proċeduri interni li ssegwi l-Aġenzija tas-Servizzi Korrettivi, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, Byron Camilleri rċieva talba għal estensjoni fit-terminu tal-ħidma tagħhom b’xahrejn oħra.
Dan ntqal fi stqarrija fejn il-Ministru laqa’ din it-talba u jħares ’il quddiem biex tkompli għaddejja l-ħidma favur it-tisħiħ tal-proċessi korrettivi f’pajjiżna.